8 Saċerdoti Ġodda

Posted by on June 22, 2016 in Aħbarijiet Oħra, Featured Article | 0 comments

8 Saċerdoti Ġodda
Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni saċerdotali ta’ tmien djakni. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ – tlieta minn Ħal Qormi, wieħed mill-Kalkara, wieħed mill-Mosta, wieħed min-Naxxar, wieħed mill-Ordni tal-Minuri Konventwali, u ieħor mill‑Ordni tas-Salesjani ta’ Don Bosco – se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:
  • Patri Allister Marija Aquilina tal‑Ordni tal‑Minuri Konventwali,
  • Dun Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco,
  • Dun Sergio Fenech mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
  • Dun Mark Mallia Pawley mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
  • Dun Claude Mifsud mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta,
  • Dun James Saydon mill‑Parroċċa ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar,
  • Dun Andrew Schembri mill‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u
  • Dun Gilbert Scicluna mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar l‑Erbgħa.
Irridu ngħidu li Dun Gilbert Scicluna huwa d-djaknu li ilu fostna ġewwa San Ġiljan għal din l-aħħar sena waqt li Dun Sergio Fenech serva bħala seminarista fil-parroċċa tagħna ftit snin ilu.
Nitolbu għalihom u nawgurawlhom.

Ikkummenta