AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Ġunju 2016

Posted by on June 18, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Ġunju 2016

 

  1. Attivita’ ta’ fundraising: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Quddiesa u Adorazzjoni – Grupp Mt Tabor: Il-Grupp Kariżmatiku Mount Tabor qed jorganizza quddiesa u adorazzjoni nhar l-Erbgħa fis-7.00pm fuq il-Ġibjun, Ta’ Giorni. Kulħadd huwa mistieden, b’mod speċjali l-familji kollha li joqgħodu fl-inħawi.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal.

 

  1. Ġabra – Offerta ta’ San Pietru: Il-Kurja ta’ Malta tavża illi l-weekend li ġej fil-knejjes kollha tal-Arċidjoċesi tagħna ser issir ġabra speċjali biex ngħinu lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fil-ħidmiet tiegħu bħala ragħaj tal-Knisja Universali ukoll permezz ta’ għotjiet ta’ karita’ mad-dinja kollha ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Inħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi kif dejjem konna.

 

  1. Ordinazzjoni Saċerdotali: Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju fis-6.00pm, ser issir l-Ordinazzjoni Saċerdotali tad-Djaknu Gilbert Scicluna, flimkien ma’ sħabu l-oħra, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Kulħadd mistieden jattendi. Ser norganiżżaw it-trasport minn ħdejn il-Knisja għal min jixtieq. Tluq fil-5.15pm. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali sat-Tlieta 28 ta’ Ġunju.

 

  1. Pellegrinaġġ Parrokkjali – Sena tal-Ħniena: Nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju se jsir pellegrinaġġ għas-Sena tal-Ħniena fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina. Ngħaddu mill-Bieb tal-Ħniena u wara ssir quddiesa fil-Katidral. Wara mmorru nieħdu xi ħaġa tal-ikel flimkien. Tluq fis-6.30pm mill-Carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali sat-Tlieta 5 ta’ Lulju.

Ikkummenta