AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 25 – 26 ta’ Ġunju 2016

Posted by on June 25, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 25 – 26 ta’ Ġunju 2016

 

  1. Amoris Laetitia: Nhar it-Tnejn fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II se ssir preżentazzjoni u diskussjoni dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Amoris Laetitia. Mistieden ikellimna Fr Kevin Schembri. Kulmin hu interessat imħeġġeġ jattendi.

 

  1. Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl:
  • Nhar l-Erbgħa, Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl, hija festa pubblika. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu bħal ta’ fost il-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jisma quddiesa f’din is-Solennita’.

 

  • Dakinhar ser issir l-Ordinazzjoni Saċerdotali tad-Djaknu Gilbert Scicluna, flimkien ma’ sħabu l-oħra, fis-6.00pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Kulħadd mistieden jattendi. Ser norganiżżaw it-trasport minn ħdejn il-Knisja għal min jixtieq. Tluq fil-5.15pm. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa.

 

  1. Pellegrinaġġ Parrokkjali – Sena tal-Ħniena: Nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju se jsir pellegrinaġġ tas-Sena tal-Ħniena fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina. Ngħaddu mill-Bieb tal-Ħniena u wara ssir quddiesa fil-Katidral. Wara mmorru nieħdu xi ħaġa tal-ikel flimkien. Tluq fis-6.30pm mill-Carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali sat-Tlieta 5 ta’ Lulju.

Ikkummenta