AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Ġunju 2016

Posted by on June 4, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Ġunju 2016

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, fil-Knisja Parrokkjali, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Ikkummenta