L-Isqof il-Ġdid ta’ Ġibilta’ u San Ġiljan

Posted by on June 26, 2016 in Featured Article | 0 comments

L-Isqof il-Ġdid ta’ Ġibilta’ u San Ġiljan

Mons. Carmelo Zammit, li minn Mejju tal-2015 serva bħala l-Vigarju Ġudizzjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, jinħatar l-Isqof ta’ Ġibilità.  Il-Ġibiltà ilha mingħajr Isqof għal kważi sentejn.

Mons. Carmelo Żammit mhux wiċċ ġdid għal San Ġiljan.  Fis-sena 2013 huwa kien fostna biex jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.IMG_5936

Mons. Zammit huwa mill-Gudja u għandu 66 sena. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1974 u sentejn wara beda jagħti s-servizz saċerdotali tiegħu fid-Djoċesi ta’ Ġibiltà, fejn serva sal-1998. Meta huwa kien jgħix fil-Ġibiltà huwa nħatar wkoll bħala Vigarju Ġudizzjali. IMG_5942

Fil-Ġibilta’ huwa nħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Tereża fl-1985 u baqgħa jservi sal-1991, huwa serva wkoll fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù bejn l-1991 u l-1998. F’Ġibiltà serva wkoll bħala d-delegat tal-Isqof fuq il-Bord tal-Edukazzjoni Reliġjuża għall-Iskejjel tal-Gvern, u meta kien Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù serva wkoll bħala Kappillan tal-Ħabs u bħala membru fuq il-Bord tal-Ħabs.

Minn din il-paġna, f’isem il-kappillan u l-kleru nawgurawlu għall-ħidma ġdida tiegħu.

 

Ikkummenta