AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Lulju 2016

Posted by on July 30, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Lulju 2016

 

  1. Jum it-Tħabbira tal-Festa: Nhar it-Tnejn nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet għall-Festa Titulari. Fis-7.00pm ser issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jsir il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan min-niċċa u manifestazzjoni bil-vara mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja ta’ Lapsi fejn tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.

 

  1. Preżentazzjoni – The Deposition of Christ: Nhar il-Ħamis fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali ser issir il-preżentazzjoni tal-pittura ‘The Deposition of Christ’ li għadha kemm ġiet restawrata. Il-preżentazzjoni ser issir mir-restawratur is-Sur Pierre Bugeja tal-kumpanija PrevArti li għamlu x-xogħol ta’ restawr. Il-pittura ser tibqa għall-wiri fil-Knisja Parrokkjali sa nhar il-Ħadd li ġej, imbagħad tittieħed lejn il-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom matul din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Parrokkjali. Dax-xahar, mal-Flimkien qed jitqassam ukoll l-envelop li fih tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom għall-Festa.

 

  1. Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant il-weekend li ġej ser jitqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, l-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.

 

  1. Buffet Dinner: It-Tlieta 9 ta’ Awwissu fit-8.30pm, ser norganizzaw Buffet Dinner bħala fundraising b’risq il-parroċċa ħdejn il-pool tal-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Awguri – Festa tal-Madonna tal-Karmnu: Nawguraw lill-Parroċċa tal-Balluta li tiċċelebra il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu dan il-weekend.

Ikkummenta