PELLEGRINAĠĠ GĦALL- ADOLOXXENTI

Posted by on July 10, 2016 in Aħbarijiet mil-Paroċċa, Attivitajiet fil-Paroċċa, Featured Article | 0 comments

Il-bniedem qiegħed f’mixja, bħal pellegrin li qiegħed fi vjaġġ biex jagħraf l-iskop tal-ħajja tiegħu. Iżda madwarna għandna ħafna storbju, affarijiet li jibbumbardjawna minn kull naħa u li jtellfuna. Imma fost dan l-istorbju kollu hemm dik il-ħaġa waħda li tagħtik sens fil-ħajja, qisha bħal GPS jew sinjal tat-triq bil-vleġġa biex jurik fejn trid tmur f’dan il-vjaġġ.

B’dan il-ħsieb u b’rabta mas-Sena tal-Ħniena, ser norganizzaw attività bit-tema Fejn sejrin? għal adoloxxenti …u żgħażagħ bejn tlettax u sbatax-il sena nhar it-Tlieta 19 ta’ Lulju, 2016.

Din l-attività tinkludi ice-breaker, diskussjoni, pellegrinaġġ qasir lejn il-Bieb tal-Ħniena u quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq mill-parking tal-Knisja ta’ San Ġiljan fis-6:30pm.

Wara nieħdu xi ġelat jew xi ħaġa flimkien.

Min hu interessat iħalli message jew post jew jikkuntattja lil Fr Gilbert jew Fr Paul sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2016 ħalli naħsbu ghal-trasport.

Ikkummenta