AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Awwissu 2016

Posted by on August 6, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Awwissu 2016

 

  1. Buffet Dinner: It-Tlieta fit-8.30pm, ser norganizzaw Buffet Dinner bħala fundraising b’risq il-parroċċa ħdejn il-pool tal-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre sal-Ħadd filgħaxija.

 

  1. Festa ta’ S. Klara: Nhar il-Ħamis, is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ Santa Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Festa ta’ San Ġiljan: Nhar is-Sibt, nkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal- Festa. Fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola.  Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa fit-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali.  Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan: Dawk kollha li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom lil San Ġiljan fil-Quddiesa għall-familji fil-ġimgħa tal-festa huma mitluba jċemplu l-uffiċċju parrokkjali biex jagħtu d-dettalji tagħhom.

 

  1. Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.

 

  1. Ktieb tal-Festa: Dawk kollha li jixtiequ kopja tal-ktieb tal-Festa jistgħu jiġbru kopja mill-Book Centre. Hemm ukoll għal bejgħ affarijiet oħra relatati mal-Festa bħal keychains, magnets, ritratti, stickers, kotba tat-tpinġija, kurunella u bnadar.

Ikkummenta