AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Settembru 2016

Posted by on September 18, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Settembru 2016

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Nhar il-Ħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Avviż mill-Kunsill Lokali – Tilqima tal-influwenza: Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan javża illi kull min għandu ‘l fuq minn 55 sena u huwa interessat li jieħu t-tilqima tal-influwenza, mitlub iċempel lill-Kunsill fuq in-numru tat-telefon 21373111 jew 21375376 sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2016.

Ikkummenta