AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 ta’ Settembru 2016

Posted by on September 3, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 ta’ Settembru 2016

 

  1. Festa Nazzjonali: Nhar it-Ħamis 8 ta’ Settembru, Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – Festa Nazzjonali. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu bħal fost il-ġimgħa.
  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden. 
  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.
  1. Jum l-Anzjani – Attivita’: Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru, ser issir attivita’ speċjali għall-anzjani kollha fl-okkażjoni tas-Sena tal-Ħniena. Id-dettalji kollha jinsabu fuq in-noticeboards. Kulmin jixtieq jattendi, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru.

      5. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser                   jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija               mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru fl-10.30am fis-SalaPapa                 Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-UffiċċjuParrokkjali biex           jibbukkja.

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali nhar it-Tnejn.
  1. Ringrazzjament: Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom b’xi mod jew ieħor fl-attivitajiet li saru fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġiljan u l-125 Anniversarju tal-Parroċċa. Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq ukoll tirringrazzja lil dawk kollha li taw xi affarijiet tal-ikel biex b’hekk setgħu jgħinu lil diversi familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna fi żmien il-Festa.

Ikkummenta