AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 15 – 16 ta’ Ottubru 2016

Posted by on October 15, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 15 – 16 ta’ Ottubru 2016
  1. Maratona ta’ Rużarju: Nhar l-Erbgħa ser isir nofstanhar ta’ talb bir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat fil-Knisja Parrokkjali mid-9.30am sat-3.00pm fejn nispiċċaw bil-kurunella tal-Ħniena Divina. Kulħadd mistieden. Min jixtieq jagħti ismu għal xi ħin partikulari, jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Gilbert Scicluna fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Ħarġa – Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa ser issir ħarġa għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa mal-Grupp Ħbiberija. Nibdew b’pellegrinaġġ għall-Bieb tal-Ħniena, quddiesa u wara mmorru nieħdu ikla buffet Ser ikun hemm t-trasport ipprovdut fid-9.00am minn Pjazza Spinola. Importanti li min ser jattendi, jinfurma l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.

 

  1. Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Ministri tat-Tqarbin: Nhar il-Ġimgħa ser issir l-ewwel laqgħa ta’ formazzjoni għall-Ministri tat-Tqarbin kollha fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jindirizza l-laqgħa Patri Christopher Caruana O.P.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa mit-tfal għall-familja kollha fid-9.30am fejn ser issir ukoll il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Griżma fit-30 ta’ Ottubru.

 

  1. Ġurnata Missjunarja: Il-Weekend li ġej ser issir ġabra speċjali għall-Missjoni.

 

  1. Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan javża li qed jieħdu d-dettalji ta’ min hu interessat li jattendi d-Day Care Centre ġewwa tas-Sliema. Kull min hu nteressat jew irid aktar informazzjoni ghandu jikkuntatja l-Ufficcju tal-Kunsill fuq in-numri tat-telefon 21373111 u 21375376.

Ikkummenta