AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 29 – 30 ta’ Ottubru 2016

Posted by on October 29, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 29 – 30 ta’ Ottubru 2016

 

  1. Griżma tal-Isqof: Infakkrukom li l-Ħadd 30 t’Ottubru fil-5.30pm ser issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna.  Il-quddiesa tas-6.30pm issir fil-Knisja ta’ Lapsi. Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.
  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.
  1. Solennità tal-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet: Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa huma jiem li fihom wieħed għandu jipprova jieħu sehem fil-quddies. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal fost il-ġimgħa.
  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar/Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna. Wara issir adorazzjoni. Waqt il-quddiesa u l-adorazzjoni ikun hawn is-saċerdoti disponibbli għas-servizz tal-qrar.
  1. Ġabra għall-Missjoni: Il-ġabra li saret matul il-weekend li għadda kienet ta’ €2,500.  Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

Ikkummenta