AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 8 – 9 ta’ Ottubru 2016

Posted by on October 9, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 8 – 9 ta’ Ottubru 2016
  1. Laqgħa – Griżma: Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm, ser issir laqgħa għall-ġenituri, parrini u tfal li ser jirċievu l-Griżma f’Ottubru li ġej. Il-ġenituri u l-parrini jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Lapsi, filwaqt li t-tfal jiltaqgħu fl-iskola primarja. Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Laqgħa ta’ Formazzjoni għal-letturi: Nhar il-Ġimgħa ser issir it-tieni laqgħa ta’ formazzjoni għal-letturi kollha fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Tindirizza l-laqgħa Ms Norma Camilleri, Speech Pathologist.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Nhar il-Ħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Ħarġa – Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa 21 t’Ottubru ser issir ħarġa għas-Santwarju tal-Madonna l-Mellieħa mal-Grupp Ħbiberija. Nibdew b’pellegrinaġġ għall-Bieb tal-Ħniena, quddiesa u wara mmorru nieħdu ikla buffet Ser ikun hemm t-trasport ipprovdut fid-9.00am minn Pjazza Spinola. Importanti li min ser jattendi, jinfurma l-Uffiċċju Parrokkjali minn qabel.

 

  1. Hospice Malta: Dal-weekend mad-dinja kollha qed tiġi ċċelebrata l-“World Hospice & Palliative Care Week”. Il-Hospice Malta tgħin ‘l fuq minn elf pazjent fis-sena kif ukoll lill-familjari tagħhom u dawn is-servizzi jiġu offruti kollha mingħajr ħlas. Mal-bibien tal-Knisja Parrokkjali hawn xi rappreżentanti tal-parroċċa li qed iqassmu rikordju tal-ġurnata kif ukoll jilqgħu xi donazzjonijiet. Kull offerta tiġi apprezzata.

Ikkummenta