AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Novembru 2016

Posted by on November 19, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Novembru 2016

 

  1. Bidu tal-Avvent: Nhar il-Ħadd nibdew l-Avvent, żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied.
  • Il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal u jsir it-tberik tal-Girlandi tal-Avvent.
  • Fis-7.15pm ser issir adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali biex nibdew żmien l-Avvent flimkien.

 

  1. Bookings għal quddies fl-2017: Bħalissa qed nibdew nieħdu bookings għall-intenzjonijiet tal-quddies għas-sena d-dieħla 2017. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għandhom iċemplu l-uffiċċju parrokkjali u jkellmu lil Fr Paul.

 

  1. Stedina għall-abbatini ġodda: Nixtiequ nistiednu lit-tfal kollha (subien u bniet) li rċevew l-Ewwel Tqarbina, li jixtiequ jkunu ħbieb ta’ Ġesu u li jixtiequ jservuh fuq l-altar waqt il-quddies, sabiex jissieħbu mal-grupp ta’ abbatini li għandna fil-Parroċċa tagħna. Kulmin jixtieq iktar informazzjoni jista’ jżur il-websajt jew il-facebook tal-Parroċċa jew ikellem lil Kappillan.

Ikkummenta

%d bloggers like this: