AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Novembru 2016

Posted by on November 6, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Novembru 2016
  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Ħarġa – Dar tal-Providenza: Issa li tlesta l-Proġett ta’ Karita’ tal-125 sena Anniversarju tal-Parroċċa b’risq id-Dar tal-Providenza, ser norganizzaw ħarġa flimkien mal-Grupp Ħbiberija fejn ser inżuru l-kmamar fid-Dar tal-Providenza fejn sar ix-xogħol ta’ refurbishment iffinanzjat mid-donazzjoni tal-Parroċċa. Il-ħarġa ser issir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru u nibdew b’quddiesa fl-10.30am id-Dar tal-Providenza stess. Min jixtieq iktar dettalji jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Avviż dwar anzjani u morda: Nixtiequ navżaw lill-familjari ta’ xi anzjani/morda tal-Parroċċa tagħna li bħalissa jinsabu jew l-isptar jew f’xi dar tal-anzjani, li jekk jixtiequ li jmur xi saċerdot jżurhom, jekk jogħġobhom jinfurmawna billi jkellmu lil xi saċerdot tal-Parroċċa jew iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali. Sfortunatament, mhux dejjem insiru nafu b’dawn il-każijiet u jekk tinfurmawna direttament napprezzaw ħafna.

 

  1. Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Il-Kurja tavża illi fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu xi applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2017. Informazzjoni dettaljata tista’ tinkiseb mill-istess skejjel tal-Knisja, minn fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org u klikkja fuq Church Schools Entry jew min-noticeboards tal-Parroċċa.

Ikkummenta