Jitlesta’ l-Proġett ta’ Karita’ tal-Parroċċa

Posted by on November 6, 2016 in Featured Article | 0 comments

Jitlesta’ l-Proġett ta’ Karita’ tal-Parroċċa

Fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa, il-kapillan Dun Claude Portelli kien ħabbar u nieda proġett ta’ karita’ biex fuq l-eżempju ta’ San Ġiljan, ngħinu lid-Dar tal-Provvidenza fis-Siġġiewi.  Issa ġejn nfurmati li tlesta dan il-proġett.   Għalhekk ser norganizzaw ħarġa flimkien mal-Grupp Ħbiberija fejn ser inżuru l-kmamar fid-Dar tal-Providenza fejn sar ix-xogħol ta’ refurbishment iffinanzjat mid-donazzjoni tal-Parroċċa.

Il-ħarġa ser issir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru u nibdew b’quddiesa fl-10.30am id-Dar tal-Providenza stess. Min jixtieq iktar dettalji jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

Ikkummenta