Is-Sejħa tal-Abbati ġewwa San Ġiljan

Posted by on November 16, 2016 in Featured Article, Kummissjoni Liturgija | 0 comments

Is-Sejħa tal-Abbati ġewwa San Ġiljan

L-abbati huwa/hija persuna (tifel/tifla jew żgħażugħ/a) li jixtieq ikun ħabib ta’ Ġesu. Għalhekk li tkun abbati hija tassew grazzja spċjali li l-Mulej jagħti lil xi wħud biex iservuh fuq l-altar fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u f’xi funzjonijiet Liturġiċi oħra.

Titħajjar tingħaqad magħna ?

L-abbati fil-parroċċa tagħna għandu dawn id-dmirijiet prinċipali:

  • Jattendi regolarment  għas-servizz ta’ meta jkun mitlub minnu.
  • Jieħu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd.
  • Jipparteċipa fl-attivitajiet li jiġu organizzati apposta ghalihom.

Għeżież ġenituri, l-għaqda tal-abbatini tal-parroċċa tagħna tixtieq tistieden lit-tifel/tifla tagħkom biex jidħol/tidħol abbati  mal-grupp li għandna fil-parroċċa tagħna. Dawk li huma interessati jistgħu jimlew l-formola u  jibgħatuha b’email jew iġibuha direttament l-uffiċċju parrokkjali.

Mela, nizzlu l-formola minn din il-link u ħaffu ħalli tingħaqdu magħna…..Fr Claude qed jistennik u xi sorpriża minn għandu ma tonqosx !!  Application.pdf (127 downloads)

 

 

Ikkummenta