AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Diċembru 2016

Posted by on December 16, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Diċembru 2016

 

  1. Quddiesa u Kunċert tal-Milied: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm ser issir quddiesa u wara Kunċert tal-Milied mill-Malta Opera Ensemble fil-Knisja ta’ Lapsi. Wara jkun hemm riċeviment. Kulħadd mistieden.

 

  1. Quddiesa tal-Milied għall-Kummissjonijiet u Għaqdiet tal-Parroċċa: Nhar l-Erbgħa, bħala preparazzjoni għall-Milied, il-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa mistiedna għall-quddiesa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali.

Wara l-quddiesa ikun hemm ukoll il-Lectio Divina mmexxija minn Fr Stefan.

 

  1. Purċissjoni tal-Milied: Nhar il-Ħamis fis-5.45pm ikun hawn il-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li tibda’ mill-M.U.S.E.U.M.

 

  1. Lejlet il-Milied:
  • Wara l-quddies tad-9.00am ikun hemm is-servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali.

 

  • Quddies: Kappella tal-Kunċizzjoni: 5.30pm    Quddiesa

 

Knisja ta’ Lapsi:                  9.00pm   Quddiesa

 

Knisja Parrokkjali:              6.30pm     Quddiesa tal-Vġili

11.00pm   Għanjiet tal-Milied

Priedka tat-tfal

Quddiesa ta’ nofsillejl

 

Il-Car Park tal-Iskola Primarja jkun miftuħ mill-10.00pm sa wara l-quddiesa ta’ nofsillejl.

 

  1. Bejgħ ta’ affarijiet tal-Milied: Infakkru li l-Book Centre għandhom għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

Ikkummenta