AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Jannar 2017

Posted by on January 14, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Jannar 2017

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa ser issir fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M. fi Triq Lapsi, San Ġiljan.

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nagħtu bidu għall-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fl-inħawi ta’ The Gardens. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. Il-programm jinsab fil-ħarġa tal-Flimkien ta’ Jannar.

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan: Nhar il-Ġimgħa ser issir quddiesa fil-Bażilika ta’ Marija Bambina l-Isla fis-7.00pm (din is-sena minħabba xi xogħol ta’ restawr  il-quddiesa ma tistax issir fil-Kappella ta’ San Ġiljan fl-Isla).  Ser ikun hemm trasport provdut għal min jixtieq u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien.  Min jixtieq jibbukkja għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali jew il-Book Centre.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Kummissjoni Djakonija – Ringrazzjament: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tirringrazzja lill-parruċċani kollha għall-ġenerożita’ tagħhom biex b’hekk setgħu jgħinu lill-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna fi żmien il-Milied.

Ikkummenta