Kappillan Ġdid għal Pembroke

Posted by on January 8, 2017 in Featured Article | 0 comments

Kappillan Ġdid għal Pembroke

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Reuben Micallef bħala kappillan tal‑Parroċċa ġirien tagħna Pembroke.

Dun Reuben serva bħala Djaknu ġewwa San Ġiljan fis-sena 2005.

Dun Reuben twieled fid‑29 ta’ Lulju 1977. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja Immaculate Conception f’ Ħal Tarxien, fil‑Kulleġġ De La Salle, fil‑Junior College (G.F. Abela) l‑Imsida, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakulta tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta.

Dun Reuben ġie ordnat saċerdot fil‑21 ta’ Lulju 2005 u nħatar viċi‑kappillan tal‑Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Fl-2008 inħatar kappillan fil‑Parroċċa tal‑Imtarfa fejn serva sal‑2012. Bejn l‑2012 u l‑2016 huwa serva bħala arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.

Il‑Parroċċa ta’ Pembroke tiġbor fiha madwar 3,500 persuna f’990 familja.

Minn din il-paġna, f’isem il-komunita’ Ġiljaniża, nawguraw lil Dun Reuben ħidma fejjieda.

Ikkummenta