AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Frar 2017

Posted by on February 4, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Frar 2017

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis inkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’dawn it-toroq Triq il-Buqrajq u Sqaq is-Siġra. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tal-Festa ta’ San Pawl. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, ser ikun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Jannar għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Salvatore Muscat, Giovanna Caruana, Carmelo Spiteri, Nazzareno Cassar, Joseph Curmi, Enrico Borg, Paul Spiteri, Victoria Brincat, Joseph Mary Ellul, Hilda Attard u Maria Stella Attard. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta