AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 1 – 2 ta’ April 2017

Posted by on March 31, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 1 – 2 ta’ April 2017

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Qrar: Bħala preparazzjoni għal Jum id-Duluri, nhar l-Erbgħa mis-7.30pm sa nofsillejl fil-Knisja Parrokkjali ser ikun hemm ħin għall-adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat u jkun hemm ukoll saċerdoti disponibbli għall-qrar matul il-ħin kollu fosthom saċerdot barra mill-parroċċa.

 

  1. Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
  • Bejn it-3.00 u l-4.00pm issir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali;
  • Fl-4.30pm ser ikun hemm siegħa ta’ talb ma’ Marija Addolorata fil-Knisja ta’ Lapsi u wara quddiesa fil-5.30pm;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fis-6.30pm issir il-purċissjoni ma’ Marija Addolorata madwar xi toroq tal-parroċċa. Wara l-purċissjoni issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-9.30am issir quddiesa bis-sehem tat-tfal fejn qabel isir it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ fil-carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Kunċerti ta’ Mużika Sagra:
  • Nhar il-Ħamis fis-7.30pm, l-Amadeus Chamber Choir ser jagħti kunċert għall-kor u orkestra fil-Knisja Parrokkjali.
  • Nhar is-Sibt fis-7.30pm ser isir kunċert ta’ mużika tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Banda San Ġiljan fil-Knisja ta’ Lapsi.

 

  1. Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali, kif ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni, tqegħdu qfief apposta fejn kulmin jixtieq jista’ jpoġġi l-affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Bejgħ ta’ figolli: Il-weekend li ġej ser ikollna figolli home-made għall-bejgħ ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Min jixtieq jagħmel ordnijiet jista jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Marzu għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna:Vincenzo Galea, Donovan Ebejer, Maria Portelli, Grazio Borg u Charles Coleiro. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta