AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Marzu 2017

Posted by on March 18, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Marzu 2017

 

  1. Attivitajiet għar-Randan:
  • Eżerċizzi tar-Randan: Nhar it-Tlieta, l-Erbgħa, u l-Ħamis ser isir kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd immexxija minn Rev Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Inħeġġukom sabiex tattendu.

 

  • Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu mid-9.30am sas-1.00pm l-Oratorju tal-MSSP, B’Kara. Imexxi Rev Fr Kevin Schembri. Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  • Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd 2 ta’ April, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi.  Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq Forrest, Triq Spinola (in-naħa tal-Hotel Cavalieri) u Triq S. Ġużepp. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Ħin tas-Sajf: Matul il-weekend li ġej (l-aħħar weekend ta’ Marzu), jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej (26 ta’ Marzu) filgħaxija tkun fis-7.00pm.

 

  1. Ġabra Seminarju: Fil-ġabra li saret il-ġimgħa li għaddiet b’risq is-Seminarju inġabret is-somma sabiħa ta’ €2,800. F’isem ir-Rettur tas-Seminarju u s-seminaristi, nirringrazzjawkom mill-qalb.

Ikkummenta