Għaliex ?

Posted by on March 18, 2017 in Featured Article, Kummissjoni Liturgija, Randan u Għid | 0 comments

Għaliex ?

Għaliex il-vjola ?  Għaliex ix-xewk? Għaliex kurċifiss kbir fin-nofs ? Għaliex zkuk niexfa flok ward frisk u sabiħ ?  Għaliex Via Sagra ? Għaliex kant kiebi u mhux ferrieħi ?  Għaliex mużika b’volum baxx ? Għaliex inkantaw Glorja u Tifħir u mhux Allelulia ?  Għaliex ma tingħadx il-Glorja?  U nibqgħu sejrin…Għaliex ?

 

 

Huma mistoqsijiet li jistgħu jiġuna ġo moħħna hekk kif nidħlu ġo knisja fi żmien ir-Randan imma forsi ma nistaqsuhom lil ħadd u allura nibqgħu bla tweġiba – jew naslu għal konklużjoni żbaljata.

 

 

 

Ir-Randan hu żmien sabiħ immens biex wieħed:

 

 

  • Jidħol fih innifsu;
  • Jagħaraf x’hemm itaqqlu f’ħajjtu;
  • Jagħaraf x’hemm jikkonfondih fil-fond tal-kuxjenza tiegħu;
  • Jagħaraf id-dnubiet u l-fraġilitajiet tiegħu;
  • Jagħaraf in-nuqqas ta’ kontroll: f’ġismu, fl-aptit tiegħu, fir-rieda tiegħu..

 

Meta wieħed jagħaraf dan kollu, u jaċċettahom bħala parti minnu…..imbagħad ikun jista’ jibda’ l-proċess ta’fejqan.

 

 

L-atmosfera ta’ ġol-knisja f’dan iż-żmien tipprova toħloq ambjent li jgħinek tidħol f’atmosfera ta’ deżert – il post li fih Ġesu’ stess inqata’ minn ta’ madwaru u mil-lussu kollu…biex jiltaqa’ miegħu innifsu u ma’ Alla – id-deżert – post ta’ distakk minn dak kollu li jpaxxi l-għajnejn u s-sensi l-oħra, u post ta’ sagrifiċċju.

 

Għalhekk fil-knisja nsumu mill-ward frisk, mill-kulur abjad, mill-kant ferrieħi, mill-Glorja u l-Allelulia…li kollha jirritornaw lura fil-lejl qaddis tal-Għid.

Ikkummenta