Kotba Interessanti Fil-Book Centre

Posted by on March 11, 2017 in Kotba ġodda | 0 comments

Fil-Book Centre tal-parroċċa ta’ San Ġiljan, li jinsab eżatt maġenb il-knisja parrokjali, matul din il-ġimgħa qed issir enfasi fuq numru ta’ kotba li huma ta’ interess partikolari għas-soċjeta’ maltija.

Persunaġġi bħal Mons Victor Grech, Fr Hilary Tagliaferro, Ġorg tal-Mużew u l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca żgur li m’għandhom bżonn l-ebda’ introduzzjoni.  Min qatt ma sema’ bihom?

Barra minn hekk,  Madre Tereża u l-Papa Franġisku  żgur li huma żewg persunaġġi kbar li kellhom u għad għandhom effett kbir fuq il-poplu dinji.

Dawn il-kotba jitrattaw dawn il-persunaġġi.  Għalhekk għaddi waħda sal-Book Centre u agħti titwila dawn il-kotba u kotba oħra interessanti.  Xi ħaġa jinteressak żgur.

 

 

 

Ikkummenta