AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 22 – 23 ta’ April 2017

Posted by on April 22, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 22 – 23 ta’ April 2017

Ħniena Divina: Il-Ħadd 23 t’April 2017 fis-5.45pm ikun hawn Adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali u wara quddiesa fis-7.00pm organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.

Family Visits:  Nhar it-Tnejn jitkomplu il-Family Visits fl-inħawi ta’ Portomaso u Paceville. Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament.  Il-programm kollu jinsab ukoll fil-Flimkien.

Coffee morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

Jum il-Karita’: Il-weekend li ġej, 29 u 30 ta’ April, niċċelebraw Jum il-Karita’. Il-ġbir kollu isir għall-Ħidmiet u Djar ta’ Karita’ li l-Knisja għandha f’Malta.

Book Centre: Minn dan il-weekend sal-30 ta’ April, hemm skont ta’ 20% fuq il-bejgħ kollu fil-Book Centre.

Ikkummenta