AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 8 – 9 ta’ April 2017

Posted by on April 8, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 8 – 9 ta’ April 2017

 

  1. Via Sagra: Nhar it-Tnejn ser issir Via Sagra fl-inħawi tal-Knisja Parrokkjali. Nibdew fis-7.30pm mill-Knisja Parrokkjali u ngħaddu minn Triq il-Kbira, Triq S. Elija, Triq S. Anġlu, Triq il-Karmnu u terġa taqbad Triq il-Kbira lura lejn il-Knisja Parrokkjali.
  2. Kunċert: Nhar it-Tlieta ser isir kunċert ta’ mużika sagra fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali mis-St Julian’s Choral Group u l-Orkestra The International School of Brussels. Kulħadd mistieden.
  3. Via Sagra Nazzjonali: Nhar l-Erbgħa ser issir Via Sagra Nazzjonali fis-7.00pm immexxija minn Monsinjur Arċisqof. Il-Via Sagra tibda minn Bieb il-Belt u tintemm quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta għal ħabta tat-8.15pm.
  4. Ħamis ix-Xirka: –     Filgħodu ma jsirx quddies;
  • Ikun hemm quddiesa fid-9.15am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann immexxija minn Mons. Arċisqof;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fis-7.00pm issir quddiesa u l-ħasil tar-riġlejn;

–     Ħin għal-Viżti;

–     Mill-11.00pm sa nofsillejl, issir adorazzjoni.

  1. Il-Ġimgħa l-Kbira: –      Il-Knisja tiftaħ mis-7.30am sa’ nofsinhar għal

                                                      viżti;

–      Fit-3.00pm issir il-funzjoni bil-Qari tal-Passjoni, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

 

  1. Sibt il-Għid:                  –     Filgħodu ma jsirx quddies;

–     Fit-8.00pm tibda iċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid.

 

  1. L-Għid il-Kbir: Wara l-quddiesa tad-9.30am jitbierku u jitqassmu l-figolli lit-tfal.

Ikkummenta