L-Aħħar jiem tar-Randan – Parroċċa San Ġiljan

Posted by on April 6, 2017 in Featured Article, Kummissjoni Liturgija, Randan u Għid | 0 comments

L-Aħħar jiem tar-Randan – Parroċċa San Ġiljan

– L-Erbgħa 5 t’ April 2017:

Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, ħin ta’ adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar.

– L-Ħamis 6 t’April 2017:

Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra jippreżentaw Crucem Tuam.

– L-Ġimgħa 7 t’April 2017:

Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali

Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali li jibda’ mill-knisja parrokkjali u wara quddiesa.

– Il-Ħadd 9 t’April 2017:

Ħadd il-Palm.  09.15am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-carpark tal-knisja parrokkjali.  Wara purċissjoni qasira sal-knisja parrokkjali u tkompli l-Quddiesa tad-09.30am bis-sehem tat-tfal.

– It-Tnejn 10 t’April 2017 :

Via Sagra wara l-Quddies tas-7.00pm mill-knisja parrokkjali u taddi minn Triq il-Kbira, Triq San Elija, Triq Sant’ Anġlu, tinżel Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira u lura fil-knisja parrokjali.

– It-Tlieta 11 t’April 2017:

Kunċert ta’ mużika klassika u sagra mis-St Julians Choral Group fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali.

– L-Ħamis 13 t’April 2017:

Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl.

– L-Ġimgħa 14 t’April 2017:

L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali.

– Is-Sibt 15 t’April 2017:

Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.  Iċ-ċelebrazzjoni ser titmexxa mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P.

– Il-Ħadd 16 t’April 2017:

L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am quddiesa għat-tfal fil-knisja parrokkjali u wara jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola.

– Il-Ħadd 23 t’April 2017:

Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali animata mis-St Julians Choral Group.

Ikkummenta