AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 13 – 14 ta’ Mejju 2017

Posted by on May 12, 2017 in Kummissjoni Liturgija | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 13 – 14 ta’ Mejju 2017

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (In-naħa ta’ barra).

 

  1. Pellegrinaġġ Marjan – Leġjun ta’ Marija: Din is-sena mhux se jsir minħabba x-xogħol li għaddej.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ħarġa għal Għawdex: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa se ssir Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu minn Pjazza Spinola fit-8.00am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss se ssir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2011, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Jum l-Omm: Nawguraw lill-ommijiet kollha għall-Jum l-Omm.

Ikkummenta