AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Mejju 2017

Posted by on May 7, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Mejju 2017

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (In-naħa ta’ ġewwa).

 

  1. Coffee morning:  Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Għaqda Nisa Ġiljaniżi: Nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju se tigi organiżżata Quddiesa u ikla għall-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm.

 

  1. Festa ta’ San Ġorġ Preca:  Fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca se ssir quddiesa għat-tfal kollha flimkien mal-ġenituri fil-Knisja Parrokkjali il-Ħamis fil-5.15pm.

 

  1. Jum l-Omm: Nhar il-Ħadd li ġej, se ssir Quddiesa fid-9.30am b’barka speċjali għall-familji u Quddiesa Anniversarju Żwieġ.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Pellegrinaġġ: Fl-okkażżjoni taċ-Ċentinarju tad-Dehriet tal-Madonna f’Fatima se jsir pellegrinaġġ djoċesan mmexxi mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju fis-7.15pm.  Din titlaq mill-Knisja ta’ Stella Maris, Sliema.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ April għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Salvatore Zarb, Anthony Said, Dolores Azzopardi, Benedetta Meilaq, Carmel Muscat, Carmelo Pace, Carmen Ellul u Fiona Bartolo . Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta