AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Ġunju 2017

Posted by on June 24, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Ġunju 2017

 

  1. Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl: Nhar il-Ħamis, Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl, hija festa pubblika. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal ta’ fost il-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jisma quddiesa f’din is-Solennita’.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa.

 

  1. Fr Gilbert: Issa li għaddiet sena mill-ordinazzjoni ta’ Fr Gilbert, ġiet fi tmiemha wkoll l-esperjenza pastorali tiegħu fostna. Filwaqt li nirringrazzjawh ta’ dan iż-żmien, nawgurawlu fil-bidu tal-ħidma tiegħu bħala viċi fil-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.  Nhar il-Ħadd li ġej fid-9.30am, Fr Gilbert se jkun qed iqaddes quddiesa fi tmiem il-ħidma tiegħu fostna.

 

  1. Ordinazzjoni: Nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna se jordna 7 Djakni ġodda u l-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 6 Saċerdoti ġodda, fosthom Ryan Pace li kien għamel sajf fil-parroċċa tagħna 4 snin ilu.  Tajjeb li nżommuhom lkoll fit-talb tagħna din il-ġimgħa.

Ikkummenta