Jissaqqaf il-Bir u jibda’ jidher il-Bini

Posted by on June 13, 2017 in Featured Article | 0 comments

Jissaqqaf il-Bir u jibda’ jidher il-Bini

Matul il-weekend ħabbarna li t-tħaffir tal-blat fis-sit fejn ser jinbena’ ċ-ċentru parrokkjali issa ntemm u li kien qed jinbena’ l-bir.  Il-bir li ser jiġbor fih l-ilma tal-bjut biex ikun jista’ jintuża’ u mhux jinħela fix-xejn.  Inizjattiva tajba ħafna u ta’ min ifaħħarha.

Illum issaqqaf il-bir kif nistgħu naraw fir-ritratti u beda’ jidher ukoll il-bini mal-ġenb u d-dawra tal-knisja.  Żgur li fil-jiem li ġejjin ħa naraw differenza kbira b’dan il-proġett li ser jagħti dimensjoni ġdida lill-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet  uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali.  Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org,  fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd.  Kull min għandu xi diffikulta’ jista’ dejjem jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.  ĦADD M’GĦANDU JOQGĦOD FUQ INFORMAZZJONI OĦRA LI MHUX MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI.

 

This slideshow requires JavaScript.

Ikkummenta