Beda’ x-Xogħol fuq it-Tieni Sular taċ-Ċentru Parrokkjali

Posted by on July 16, 2017 in Featured Article | 0 comments

Beda’ x-Xogħol fuq it-Tieni Sular taċ-Ċentru Parrokkjali

Ix-xogħol tal-bini fuq iċ-ċentru parrokkjali miexi b’ritmu mgħaġġel u kif ippjanat.  Wara li ssaqqaf l-ewwel sular nbeda’ x-xogħol fuq il-bini tat-tieni sular li ser ikun jikkonsisti fi kmamar għal-laqgħat u l-katekiżmu kif ukoll stores.  Il-ħaddiema kollha involuti qed jaħdmu b’għaqal kbir biex jimxi kollox kif ippjanat.  Din il-binja ser twassal biex ikollna wkoll zuntier akbar u li jixraq il-knisja tagħna.  Infakkru li dan kollu qed isir wara negozjati twal li l-kappillan Dun Claude Portelli mexxa’ mal-iżviluppaturi ta’ Spinola Park li minn hawn nixtiequ nirringrazzjawhom tal-koperazzjoni tagħhom.

Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nfakkru li ĦADD M’GĦANDU JOQGĦOD FUQ INFORMAZZJONI OĦRA LI MHUX MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI.  Għajdut mhux uffiċċjali jew minn min m’għandux x’jagħmel, kummenti bla sens jew kummenti li warajhom hemm skopijiet ulterjuri għandhom jiġu injorati totalment.  

Inħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet  uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali.  Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org,  fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd.  Kull min għandu xi diffikulta’ jista’  jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.

 

Ikkummenta