AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Awwissu 2017

Posted by on August 19, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Awwissu 2017

Festa ta’ San Ġiljan:

  • Preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan: Il-Ħadd 20 t’Awwissu 2017 Jum il-Familja, fis-7.00pm ser issir quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan.

 

  • Ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan: It-Tnejn, wara l-quddiesa tas-7.00pm isir il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan min-niċċa.

 

  • Programm tal-Festa: Il-Programm kollu tal-Festa jinsab fil-Ktieb tal-Festa li għadu kemm ħareġ u li tistgħu tiksbu kopja tiegħu mill-Book Centre.

 

  • Jum l-Anzjani – quddiesa fil-ġimgħa tal-Festa: Fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (ta’ Lapsi), tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.

 

  • Jum it-Tfal: Fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal fis-7.00pm.

 

  • Jum l-Għaqdiet: Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Awwissu, issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa.  Jiċċelebra l-quddiesa Mons. J. Galea Curmi, Vigarju Ġenerali.

 

  • Il-Ġimgħa: fis-6.00pm se ssir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi biex tfakkar lil ħutna Ġiljaniżi li mietu 75 sena ilu. Wara l-Quddiesa jsir il-Kant tal-Innu tal-Istrofi u l-Antifona u wara jkun hemm riċeviment żgħir fuq iz-zuntier.

 

  • Lejliet il-Festa:
  • Nhar is-Sibt, fil-5.00pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi.
  • Fis-6.00pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Parroċċa. Wara ssir Quddiesa.
  • Dakinhar ma ssirx quddiesa fit-7.45pm.

 

  • Jum il-Festa, 27 ta’ Awwissu:
  • Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am minnflok tal-12.15pm.
  • Fid-9.30am Quddiesa Solenni ċċelebrata Fr Gilbert Scicluna flimkien mal-kleru tal-parroċċa.
  • Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
  • Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan.
  • Fil-11.00pm dħul tal-vara fil-knisja.

 

Il-Festa t-tajba lil kulħadd

Ikkummenta