Il-Festa qed Toqrob !!

Posted by on August 13, 2017 in Featured Article, Festa | 0 comments

Il-Festa qed Toqrob !!

Il-festa ta’ San Ġiljan qed toqrob ġmielha.  Iż-żmien għaddej igerbeb u d-dilettanti għaddejjin b’ħidma bla heda biex ilaħqu dak kollu li għandhom ippjanat.

Inżommu f’moħħna wkoll li l-festa tagħna tkun waħda nisranija, li tagħti ġieħ lil San Ġiljan u tagħmel unur lilna lkoll bħala Ġiljaniżi.

Għalhekk nagħmlu appell qawwi lil kulħadd sabiex f’dawn il-jiem nieħdu sehem attiv fil-funzjonijiet reliġjużi li jsiru fil-knisja u nersqu għall-Qrar u Tqarbin.

Inġibu ruħna ta’ Nsara anke fil-festi ta’ barra u nevitaw xorb żejjed u affarijiet oħra li ma jagħmlux ġieħ.

Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-impenn sħiħ f’dawn il-jiem b’tant sagrifiċċji anke dawk personali.

Ikkummenta