AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 23-24 ta’ Settembru 2017

Posted by on September 24, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 23-24 ta’ Settembru 2017

 

 

  1. Attivita’ ta’ fundraising: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Apprezzament: Grazzi tal-ġabra sabiħa li għamilna l-weekend li għadda għall-missjoni tal-Art Imqaddsa, fejn ġbarna €900.

 

  1. Vara ta’ San Ġiljan: Fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru kif avżajna fil-jiem tal-festa, il-vara titulari ta’ San Ġiljan se tittieħed biex jibda xogħol intensiv ta’ restawr fuqha. Dan ix-xogħol se jsir mill-kumpannija Atelier del Restauro. Hu ppjanat li x-xogħol jitlesta sa Awwissu li ġej. Nappellaw lill-Ġiljanizi li jixtiequ jikkontribwixxu għal dan il-proġett biex ikellmu lill-Kappillan. S’issa nġabret is-somma ta’ €6,000 mit-total ta’ €30,000 li hemm bżonn biex jitħallsu l-ispejjeż kollha, li jinkludu wkoll l-assikurazzjoni u t-trasport tal-vara.

Ikkummenta