AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 t’Ottubru 2017

Posted by on October 7, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 t’Ottubru 2017
  1. Mother and Baby Club: Il-laqgħat tal-Mother and Baby Club se jerġgħu jibdew minn għada bejn id-9.30am u l-11.30am u jiltaqgħu fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Għal iktar informazzjoni tistgħu ċċemplu l-Uffiċju Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa – Griżma: Nhar it-Tlieta fis-7.30pm, ser issir laqgħa għall-ġenituri, parrini u tfal li ser jirċievu l-Griżma. Il-ġenituri u l-parrini jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Lapsi, filwaqt li t-tfal jiltaqgħu fl-iskola primarja. Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.

 

  1. Rużarju fix-xahar t’Ottubru: Nhar l-Erbgħa se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq is-Seqer, il-Kappara fil-5.00pm.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Fis-7.00pm, ser issir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa 20 t’Ottubru se ssir Ħarġa għal Ħaż-Żabbar fejn issir Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u wara nżuru l-Mużew tal-Knisja u nkomplu b’ikla. Nitilqu minn Pjazza Spinola fid-8.45am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta 17 t’Ottubru filgħaxija.

 

  1. Hospice Malta: Dal-weekend mad-dinja kollha qed tiġi ċċelebrata l-“World Hospice & Palliative Care Week”. Il-Hospice Malta tgħin ‘l fuq minn elf pazjent fis-sena kif ukoll lill-familjari tagħhom u dawn is-servizzi jiġu offruti kollha mingħajr ħlas. Mal-bibien tal-Knisja Parrokkjali hawn xi rappreżentanti tal-parroċċa li qed iqassmu rikordju tal-ġurnata kif ukoll jilqgħu xi donazzjonijiet. Kull offerta tiġi apprezzata.

Ikkummenta