AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 t’Ottubru 2017

Posted by on October 14, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 t’Ottubru 2017

 

  1. Attivita’ ta’ fundraising: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa 20 t’Ottubru se ssir Ħarġa għal Ħaż-Żabbar fejn issir Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u wara nżuru l-Mużew tal-Knisja u nkomplu b’ikla. Nitilqu minn Pjazza Spinola fid-8.45am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta 17 t’Ottubru filgħaxija.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa mit-tfal għall-familja kollha fid-9.30am fejn ser issir ukoll il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Griżma fit-28 t’Ottubru.

 

  1. Ġurnata Missjunarja: Il-Weekend li ġej ser issir ġabra speċjali għall-Missjoni.

 

  1. Ġabra – Hospice Malta: Hospice Malta jixtiequ jirringrazzjaw ħafna lill-parruċċani kollha li kkontribwew il-weekend li għadda fil-ġbir li sar b’risq il-ħidma tal-Hospice. Inġabret is-somma sabiħa ta’ €2097. Grazzi lil kulħadd.

Ikkummenta