Ikompli x-Xogħol fuq iz-Zuntier

Posted by on October 8, 2017 in Featured Article | 0 comments

Ikompli x-Xogħol fuq iz-Zuntier

Wara l-waqfa għall-festa ta’ San Ġiljan u xi jiem ta’vaganzi mistħoqqa lill-ħaddiema issa qed jitkompla ix-xogħol marbut mal-bini taz-zuntier tal-knisja parrokjali.

Kull min jaddi mill-inħawi tal-knisja bħalissa jinnota xogħolijiet ta’ bini u ta’ konkrit fuq iż-żewġ naħat tal-bini taċ-ċentru parrokjali.  Fuq naħa. iz-zuntier irid jitkompla u jiftaħ eżatt quddiem il-Book Centre, waqt li n-naħa l-oħra irid jingħaqad mal-lift.

Fi ftit xhur oħra l-komunita’ Ġiljaniża ser ikollha zuntier ferm isbaħ u ferm ikbar li jkun jista’ jitgawda minn kulħadd.  Rigal ferm sabiħ lill-komunita’ meta resqin biex niċċelebraw il-ħamsin sena tal-knisja parrokjali.

 

This slideshow requires JavaScript.

Ikkummenta