Zuntier Akbar, Isbaħ u aktar Komdu

Posted by on October 15, 2017 in Featured Article | 0 comments

Zuntier Akbar, Isbaħ u aktar Komdu

Ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja issa beda’ jidher ġmielu.  Kull min jaddi minn ħdejn il-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan jinnota li issa iz-zuntier diġa kiber biċċa sew u jinfed man-naħa tal-bieb ta’ fejn is-sala parrokjali.  U dan ghad mhux kollox għax issa jonqos ix-xogħol fuq in-naħa l-oħra tal-knisja !

Dan iz-zuntier ser ikollu ħafna vantaġġi u jista’ jintuża u jitgawda minn dawk kollha li jiffrekwentaw l-inħawi tal-knisja parrokjali.  Żgur li ser ikun komdu ħafna għal dawk li wara l-quddiesa jħobbu jaddu ftit ħin jgħidu kelma, jista’ jintuża għall-attivitajiet soċjali, aktar komdu għall-purċissjonijiet, aktar komdu għan-nies.  Insomma vantaġġi enormi li qabel ma kellniex.

Ħolma ta’ kappillan li ħabbarha meta huwa daħal f’din il-kariga ftit aktar minn 8 snin ilu….ħolma li bil-kalma u b’ħafna ħidma li ma tidhirx twettqet u saret realta’.  Ħolma li ssemmiet kemm il-darba għal snin sħaħ imma li qatt ma twettqet u dejjem tħalliet fuq l-ixkaffa.  Ħolma li Dun Claude ma kienx qed jaraha bħala ħolma imma li kien qed iħares lejha bħala sfida.  Sfida li issa rebaħa u li lkoll flimkien ser ingawdu.

 

Ikkummenta