AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 25 – 26 ta’ Novembru 2017

Posted by on November 25, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 25 – 26 ta’ Novembru 2017
  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Laqgħa – Griżma: Nhar il-Ħamis fis-7.00pm ġewwa l-Knisja ta’ Lapsi, ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Griżma fl-2018.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.

 

  1. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Fid-9.30am ħa jkollna quddiesa għat-tfal u tberik ta’ Girlandi.Ser issir adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden għal dan il-ħin ta’ talb flimkien.

 

  1. Christmas Buffet Dinner: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru fit-8.00pm l-Antonio’s Restaurant fil-Lukanda Golden Tulip Vivaldi, f’Paceville. Biljetti mill-uffiċju parrokkjali jew mill-Book Centre.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Mal-ħarġa tax-xahar ta’ Diċembru se jitqassam b’rigal il-kalendarju tal-Parroċċa għas-sena 2018.

Ikkummenta