AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Novembru 2017

Posted by on November 3, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Novembru 2017

 

  1. Cake sale: Dan il-weekend hawn cake sale b’risq il-Parroċċa. Napprezzaw il-ġenerożita’ tagħkom.

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar it-Tlieta fis-5.30pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa ser issir fil-Knisja ta’ Lapsi.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ottubru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Francesco Sammut, Maria Aquilina, Alfred Borg, Alfrida Schembri u Rita Agius. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

Ikkummenta