X’sar mill-istatwa ta’ San Ġiljan ?

Posted by on November 26, 2017 in Featured Article | 0 comments

X’sar mill-istatwa ta’ San Ġiljan ?

Kif tħabbar matul il-ġimgħa tal-festa ta’ San Ġiljan li għaddiet, il-parroċċa qed tieħu ħsieb biex din is-sena isir restawr estensiv fuq l-istatwa ta’ San Ġiljan.  Ftit ġimgħat ilu, minn din il-paġna urejna l-istatwa tiġi preparata u tinġarr għal għand il-kumpanija Atelier Del Restauro.

Il-ġimgħa li għaddiet, saret żjara fil-workshop ta’ din il-kumpanija u rajna x-xogħol li qed isir.  Il-ħsarat li hemm huma evidenti pero’ qed issir biċċa xogħol tajba ħafna kemm f’dak li huwa tindif u anke f’restawr.

Hawn isfel qed nuru xi ritratti li juru waqtiet waqt li qed isir dan ix-xogħol kbir ta’ paċenzja.

Li hu żgur hu li bdew jidhru l-kuluri antiki tal-istatwa , dawk il-kuluri ta’ meta kien indurat li sfortunatament m’ghandniex rekord tad-data preċiża.

Nagħtukom iżjed informazzjoni l-quddiem meta x-xogħol ikun avvanza iżjed.

L-ispiża għal dan ix-xogħol ser titla għal madwar Eur 30,000.  Importanti li l-ġbir u d-donazzjonijiet ma jieqfux. Dawk l-individwi u l-gruppi li jixtiequ jagħtu donazzjoni għandhom ikellmu lill-kappillan.

 

 

 

This slideshow requires JavaScript.

Ikkummenta