AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 23 – 24 ta’ Diċembru 2017

Posted by on December 23, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 23 – 24 ta’ Diċembru 2017

 

  1. Jum il-Milied: Il-ħin tal-Quddies kollu jkun bħal tal-Ħadd.

 

  1. Uffiċċju Parrokkjali: Minn nhar it-Tlieta, l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq għal żmien il-Festi u jerġgħa jiftaħ il-Ħamis 4 ta’ Jannar.

 

  1. Festa tal-Familja Mqaddsa u l-aħħar Jum tas-Sena:

Nhar il-Ħadd fil-Knisja Parrokkjali, ser issir quddiesa speċjali għall-familji fid-9.30am.

Nhar il-Ħadd ukoll, ser issir Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla għal din is-sena fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara jkun hemm il-Barka Sagramentali.

 

  1. Grazzi: Grazzi minn qalbna lil kull min ta ikel, hamper jew ikliet sħan dan il-Milied.

 

  1. Awguri: Il-Kappillan u l-kleru jawguraw l-isbaħ xewqat għall-Milied ħieni lil kulħadd.

Ikkummenta