AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Diċembru 2017

Posted by on December 30, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Diċembru 2017
  1. Festa tal-Familja Mqaddsa u l-aħħar Jum tas-Sena: Għada/illejla ser issir Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla għal din is-sena fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara jkun hemm il-Barka Sagramentali.
  1. L-Ewwel Jum tas-Sena – Is-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla: Dakinhar il-ħin tal-Quddies ikun bħal tal-Ħadd.
  2. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ. 
  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa issir Quddiesa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali u wara adorazzjoni. 
  1. Epifanija tal-Mulej: Nhar il-Ħadd hija l-Festa tal-Epifanija tal-Mulej. 
  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali minn nhar il-Ħamis. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

Ikkummenta