AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 9 – 10 ta’ Diċembru 2017

Posted by on December 9, 2017 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 9 – 10 ta’ Diċembru 2017
Spread the love
  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Irtir: L-Erbgħa 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jkun hawn nofstanhar irtir għall-Avvent fil-monasteru tal-Klarissi mid-9.30am sas-1.00pm.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal fejn isir ukoll it-tberik tal-Bambini.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Bejgħ ta’ Mince Pies u affarijiet tal-Milied: Dal-weekend għandna l-Mince Pies għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru għall-membri tal-Grupp Ħbiberija. Kull min jixtieq aktar dettalji jew min jixtieq jibbukkja, għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali sat-12 ta’ Diċembru.

Ikkummenta