AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 20 – 21 ta’ Jannar 2018

Posted by on January 19, 2018 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 20 – 21 ta’ Jannar 2018
  1. Mother and baby club: Kull nhar ta’ Tnejn bejn id-9.30am u l-11.30am qed jiltaqgħu il-Mother and Baby club, fejn trabi bejn is-sena u nofs u t-3 snin jistgħu jattendu, akkumpanjati minn ġenituri jew nanniet.  Min jixtieq jattendi jista’ jmur fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II nhar ta’ Tnejn f’dawn il-ħinijiet.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nagħtu bidu għall-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq il-Karmnu, Triq S. Elija u Triq Sant’Anġlu. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. Il-programm jinsab fil-ħarġa tal-Flimkien ta’ Jannar.

 

  1. ‘San Ġiljan Oratorio’: Il-Banda San Ġiljan tippreżenta San Ġiljan Oratorio’ nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar fil-Knisja Parrokkjali fis-7.30pm. Kulħadd mistieden. Dakinhar ma ssirx il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali imma jkun hemm quddiesa fil-knisja tal-Kunċizzjoni fil-5.30pm.

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan: Nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar fis-6.30pm, ser issir  quddiesa tal-Festa fil-Knisja Parrokkjali b’animazzjoni mis-St Julian’s Choral Group.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal, fejn issir il-vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

Ikkummenta