Is-Sena 2018 !

Posted by on January 6, 2018 in Featured Article | 0 comments

Is-Sena 2018 !

Għaddiet sena oħra mimlija b’diversi avvenimenti, attivitajiet, okkażżjonijiet ta’ ferħ u anke okkażżjonijiet b’inqas ferħ jew ta’niket.

Kienet kif kienet is-sena li temmejna, għandna lkoll kemm aħna nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li għamel magħna.  Żgur li mingħajr l-għajnuna tiegħu ma konniex naslu fejn wasalna s’issa.  Għalhekk ta’ min verament nirringrazzjawH.

Ma nistgħux, f’ dan iż-żmien, ma niftakrux ukoll f’dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż matul l-aħħar sena.

Irridu nħarsu wkoll lejn is-sena li għadna kif bdejna.  Sena li bħala parroċċa wkoll ser tkompli toffrilna sfidi kbar – speċjalment li niffinaliżżaw il-bini ta’ Ċentru Parrokjali.  Iżda mhux biss – Fis-7 t’April li ġej, il-knisja parrokkjali tiċċelebra l-50 sena tagħha u f’Awwissu niċċelebraw il-125 sena tal-istatwa titulari ta’ San Ġiljan li bħalissa qed tiġi restawrata.

Nħeġġu lil kulħadd biex jinġiebed ħabel wieħed u nżommu quddiem għajnejna biss il-ġid ta’ din il-komunita’ bi sfidi ġodda ma kull jum li jaddi.

 

 

Ikkummenta