AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Frar 2018

Posted by on February 17, 2018 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Frar 2018

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa Triq Claire Engel u The Podium. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Kull nhar ta’ Ġimgħa waqt ir-Randan issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali bejn it-3.00pm u l-4.00pm.

 

  1. Quddiesa tat-Tfal: Il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Restawr tal-Istatwa ta’ San Ġiljan: Bħal ma tafu bħalissa għaddej ir-restawr tal-istatwa titulari ta’ San Ġiljan. Qed nagħmlu appell għall-għajnuna biex jinġabru l-fondi kollha għax-xogħol li għaddej.  S’issa inġabru biss inqas minn nofs l-ammont.  Wieħed irid japprezza li qed isir pagament ta’ €2,300 kull xahar.  Donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Kappillan.

 

  1. Pellegrinaġġ: Il-Parroċċa qed torganiżża pellegrinaġġ għal Assisi bejn it-13 u d-19 ta’ Mejju li ġej.  Se nżuru Greccio, Fonte Colombo, La Verna, Cascia, Loreto u Macerata fejn hemm Katidral iddedikat lil San Ġiljan.  Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel l-uffiċju parrokkjali.  Bookings sal-25 ta’ Frar.

Ikkummenta