Zuntier Akbar u Isbaħ – Tinfetaħ parti minnu.

Posted by on February 3, 2018 in Featured Article | 0 comments

Zuntier Akbar u Isbaħ – Tinfetaħ parti minnu.

Matul dan il-weekend, min ser jattendi għall-quddies fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan ser jinnota biddla radikali kbira barra l-bibien tal-knisja.  Minkejja li fadal xogħol xi jsir, infetħet parti oħra miz-zuntier !  Mhux biss, iżda z-zuntier issa jinfed direttament għal car park ta’ ħdejn il-Book Centre.

Dan iz-zuntier ser jagħti dehera friska, moderna u sabiħa lill-knisja parrokkjali.  Zuntier b’ħarstu lejn il-bajja pittoreska ta’ Spinola.

Ix-xogħol fuq iċ-Ċentru Parrokkjali miexi ġmielu – pero’ għad fadal ħafna xi jsir.  Minn din il-paġna aħna nkomplu nżommukom aġġornati bl-aħħar żviluppi.

 

This slideshow requires JavaScript.

 

 

Ikkummenta